L-GĦANJA TAL-POPLU 2026 - L-50 EDIZZJONI
Data: l-1 t’Awwissu 2026
Ħin: 20:45h
Venue: Pjazza Teatru Rjal
Biljetti: €10, €15 & €20
Din is-sena se niċċelebraw mument storiku fil-kultura mużikali Maltija – il-50 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Lejla speċjali ddedikata għall-kanzunetta Maltija, fejn il-kliem, il-melodija u l-vuċi jingħaqdu biex jirrakkuntaw l-istejjer, l-emozzjonijiet u l-identità tagħna. Il-festival jerġa’ jġib flimkien talent ġdid u ismijiet stabbiliti f’ċelebrazzjoni tal-lingwa Maltija u tal-kreattività mużikali. Fit-tieni parti tal-festival hemm item li fiha se jieħdu sehem fiha il-parteċipanti kollha, akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra. U fl-aħħar jasal il-mument tant mistenni fejn jitħabbru u jiġu ppremjati ir-rebbieħa tal-50 edizzjoni.
Location 