L-GĦANJA TAL-POPLU 2024

Data: 3 t’Awwissu 2024
Ħin: 20:45h
Venue: Pjazza Teatru Rjal
Biljetti: minn €10

L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 51 sena ilu ġewwa il-belt Valletta. L-ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati l-kanzunetti finalisti ttellgħet bil-polza fil-preżenza tal-parteċipanti.

F’ L-Għanja tal-Poplu l-artisti jistgħu jiktbu kanzunetti fuq dak li jridu huma, u bi stil mużikali li jixtiequ huma wkoll. Matul l-aħħar 51 sena, L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh kemm ż-żgħażagħ kif wkoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.

Il-mistieden speċjali ta’ din is-sena huwa Renato Micallef. Personalita’ li tat kontribut fit-tul lill-kanzunetta Maltija. Il-festival se jkun ppreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.

Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.