L-GĦANJA TAL-POPLU - FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA

Data: 5 t’Awwissu 2023
Ħin: 20:45h
Venue: Pjazza Teatru Rjal
Biljetti: starting from €10 (Terms & Conditions apply)

L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 50 sena ilu ġewwa il-belt Valletta. B’kollox din is-sena ikkonkorrew 142 kanzunetta u minnhom intgħażlu l-aħjar 16. L-ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati l-kanzunetti finalisti ttellgħet bil-polza fil-preżenza tal-parteċipanti.


F’ L-Għanja tal-Poplu l-artisti jistgħu jiktbu kanzunetti fuq dak li jridu huma, u bi stil mużikali li jixtiequ huma wkoll. Matul l-aħħar 50 sena, L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh kemm ż-żgħażagħ kif wkoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.


Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena hija Merga li se tinterpreta żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin b’arranġament orkestrali ta’ Mro Joe Brown. Il-festival se jkun ppreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.


Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.

Skip to content