L-Għanja tal-Poplu

Il-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu se tittella’  nhar is-Sibt  7 ta’ Awwissu 2021 fit-8.30 pm fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.
 
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal.  L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.